Id-difensur internazzjonali Skoċċiż ta’ Liverpool, Andy Robertson, misetnni jdum barra mill-azzjoni sa April li ġej wara li sofra injury fit-telfa ta’ 2-0 kontra Spanja valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024.
Il-player ta’ xx sena kien sfortunat hekk kif il-goalkeeper avversarju, Unai Simon, waqa’ fuq spalltu meta ipprova jinnewtralizza attakk tal-Iskoċċiżi.
Huwa mill-ewwel ġie ordnat mill-coach, Steve Clarke, biex jirritorna mal-club tiegħu biex jibda r-rijabilitazzjoni. Iżda l-iscans urew li teżisti possibbiltá li għandu bżonn li jsirlu intervent kirurġiku minħabba li żloga spalltu kif ukoll saret ħsara lil-ligamenti u għaldaqstant ir-rijabilitazzjoni mistennija tiegħu fit-tul.
Id-difensur Grieg, Konstantinos Tsimikas. mistenni jieħu post Robertson fuq in-naħa xellugija.