Sunday, October 4, 2026
Home Sport Football tan-Nisa: Il-coach Tesse ssejjaħ skwadra proviżorja għal-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu

Football tan-Nisa: Il-coach Tesse ssejjaħ skwadra proviżorja għal-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu

0
59
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach tat-team nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, ħabbret skwadra proviżorja ta’ 26 player qabel il-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali kontra l-Lussemburgu.

Il-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru, fis-7.00 pm. 

Din il-partita ta’ ħbiberija se tagħti lill-istaff tekniku l-opportunità jevalwa l-iskwadra, filwaqt li l-players ikollhom esperjenza prezzjuża f’logħba internazzjonali qabel l-impenji kompetittivi li jmiss tat-team.

L-iskwadra finali se tkun ikkonfermata fil-jiem li ġejjin.

Wara din il-partita, l-attenzjoni ddur lejn it-tlugħ tal-poloz tal-UEFA Women’s Nations League f’Novembru, fejn Malta se tkun qed tikkompeti f’League C.

L-iskwadra proviżorja hija:

Goalkeepers: Maya Cachia (Hibernians), Raisa Costantino (Orobica Calcio Bergamo, Italja), Giulia D’Antuono (Mgarr U.), Janice Xuereb (Valletta).

Difensuri: Fiona Buttigieg (London Bees, l-Ingilterra), Leanne Cefai (Mgarr U.), Jessica Lee Dimech (Hibernians), Alexandra Gatt (FC Pinzgau Saalfelden, Awstrija), Emma Lipman, Georgiana Mifsud (Valletta), Valentina Rapa, Shona Zammit (Swieqi U.).

Midfielders: Jana Barbara (1. FFC Recklinghausen, Ġermanja), Brenda Borg (Valletta), Rachel Cuschieri (Genoa CFC, Italja), Maia Debono, Veronique Mifsud (Mgarr U.),  Ema Micallef, Nicole Sciberras (Swieqi U.).

Attakkanti: Haley Bugeja (Inter Women, Italja), Yulya Carella (Mgarr U.), Nyorah Celeste (Hibernians), Maria Farrugia (Bristol City Women, Ingilterra), Jade Flask, Sara Saliba (Swieqi U.), Kailey Willis (Chievo Verona Women, l-Italja).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here