Sunday, December 22, 2024

Ange Postecoglou viċin li jsir il-coach ta’ Tottenham Hotspur?

Aqra wkoll

Tottenham mistennija jiftħu taħditiet mal-manager ta’ Celtic, Ange Postecoglou, fit-tentattiv li jsir il-coach il-ġdid tagħhom. 

Il-coach Awstraljan ta’ 57 sena ma kienx se jiddiskuti l-futur tiegħu ma’ Celtic wara r-rebħa tal-finali tat-Tazza Skoċċiża tas-Sibt li għadda fuq Inverness bl-iskor ta’ 3-1.

Dik ir-rebħa rat lit-team Celtic jirreġistra t-Treble Skoċċiża. 

Tottenham qed jirrifjutaw li jikkummentaw dwar is-sitwazzjoni, iżda teżisti possibbiltá kbira li Postecoglou se jkun il-coach il-ġdid tagħhom. 

Il-club tal-Premier League huwa konxju mill-ispekulazzjonijiet u ma jridux li jiġri l-istess fil-każ tal-coach ta’ Feyenoord, Arne Slot, biex eventwlament huwa ddeċieda li jibqa’ jaħdem fl-Olanda. 

Iżda Spurs iridu jevitaw ripetizzjoni tas-saga tal-2021 meta għaddew ġimgħat jippruvaw fejn naqsu wkoll li jingaġġaw lis-suċċessur ta’ José Mourinho. 

Eventwalment huma kienu ħatru lill-coach ta’ Wolves, Nuno Espirito Santo, li tkeċċa wara biss 17-il logħba fit-tmexxija.

Ekonomija

Sport