Tuesday, May 14, 2024

Manchester United jagħmlu offerta għal Mason Mount iżda …

Aqra wkoll

Manchester United għamlu offerta ta’  £50 miljun għall-midfielder ta’ Chelsea Mason Mount.

Il-United għamlu lill-internazzjonali Ingilterra wieħed mill-aqwa miri tagħhom fis-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf u huma mifhuma li huma kunfidenti li jilħqu ftehim ma’ Chelsea.

Mount diġà laħaq ftehim personali ma’ United u l-club issa jrid jilħaq ftehim mal-club minn Londra għas-somma involuta. 

Il-player ta’ 24 sena fadallu biss sena fuq il-kuntratt attwali tiegħu u warrab il-proposta ta’ Chelsea għal ftehim ġdid aktar kmieni din is-sena.

Peró filwaqt li l-offerta tar-Red Devils hija dik ta’ £50 miljun, it-talba ta’ Chelsea hija dik ta’ £85 miljun. 

Sport