Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Angel Di Maria bejn Rosario Central u River Plate?

Angel Di Maria bejn Rosario Central u River Plate?

0
163

Qed issir iktar reali l-possibbilá’ li l-winger Angel di Maria jmur lura l-Arġentina fejn qed jissemmew Rosario Central, it-tim fejn trabba u saħansitra River Plate.

Matul dan l-istaġun, El Fideo, kif inhu magħruf, skorja 13-il gowl u wettaq 12-il assist mal-klabb tiegħu Benfica bid-diriġenti Arġentini li jafu sew il-potenzjal tiegħu.

Minkejja kollox, hu ġie kkritikat fil-Portugall wara li falla l-penalty deċiżiv fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Europa League kontra Olympique Marseille li bih naqsu milli jikkwalifikaw.