Huwa rrappurtat li l-winger internazzjonali Arġentin Angel di Maria mistenni jitlaq lil Benfica sabiex jingħaqad ma’ Rosario Central f’pajjiżu stess. Dan tal-aħħar hu għal qalb ħafna l-eks plejer ta’ Juventus, Paris St Germain, Real Madrid u Manchester United u mistenni jtemm il-karriera tiegħu hemmhekk.
Fil-fatt, Di Maria li għandu 35 sena lagħab ma’ Rosario Central bejn l-2005 u l-2007 fejn kien skorja sitt gowls f’35 partita.