Wednesday, July 24, 2024

Adana Demispor ineħħu lil Patrick Kluivert minn kowċ

Aqra wkoll

Adana Demispor tat-Turkija ħabbru li neħħew mill-kariga lill-kowċ Olandiż Patrick Kluivert. Dan tal-aħħar ftit irnexxielu jagħmel impatt fis-Super Liga Torka meta kiseb biss tmien rebħiet minn 20 logħba bejn kampjonat u play-offs tal-UEFA Europa Conference League.

L-ogħla awtoritajiet tal-klabb irringrazzjaw lil Kluivert tax-xogħol tiegħu u awgurawlu ħafna affarijiet sbieħ għall-futur.

Kluivert għandu 47 sena u kien ilu biss sitt xhur ma’ dan il-klabb Tork.

Ekonomija

Sport