Monday, November 23, 2026
Home Sport MAFA: Valletta St Paul’s jitilgħu fl-ewwel post wara rebħa kbira ta’ 13-1

MAFA: Valletta St Paul’s jitilgħu fl-ewwel post wara rebħa kbira ta’ 13-1

0
25

Valletta St Paul’s kisbu rebħa kbira ta’ 13-1 kontra Swieqi United fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika, filwaqt li Valletta Stars St Dominic’s dawru telfa f’rebħa drammatika kontra San Ġiljan Saints. Min-naħa tagħhom, Attard Edex Kings u Marsa St Michael’s temmew fi draw ta’ 1-1.

Valletta St Paul’s b’rebħa kbira ta’ 13-1 fuq Swieqi United

Swieqi United AFC 1–13 Valletta St Paul’s

Valletta St Paul’s taw wirja mill-aqwa u kisbu rebħa kbira ta’ 13-1 kontra Swieqi United sabiex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA.

Andres Rodriguez Vergara u Jean Gustavo Silva skorjaw żewġ gowls kull wieħed fl-ewwel taqsima, filwaqt li Lucas Matheus Da Silva Santos naqqas id-distakk għal Swieqi fit-32 minuta. L-ewwel taqsima ntemmet 4-1.

Fit-tieni taqsima, Valletta St Paul’s komplew jiddominaw u żiedu disa’ gowls oħra. Guilherme De Lima Mendes, Diego Fernandes Pereira u Luka Ottavio Asanidze skorjaw doppjetta kull wieħed, filwaqt li Joao Otavio De Jesus Ganzert u Josselin Daniel Crapez ukoll sabu x-xibka. Ian Zammit kien fost l-iskorers.

Referee: Thomas Debono.

Valletta Stars St Dominic’s idawru telfa f’rebħa drammatika kontra San Ġiljan

San Ġiljan Saints 2–3 Valletta Stars St Dominic’s

Valletta Stars St Dominic’s kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra San Ġiljan Saints wara partita mill-aktar interessanti u mimlija emozzjonijiet.

Kylian Steve Lucas Deshayes fetaħ l-iskor għal Valletta Stars wara sitt minuti, iżda Sandy Victor Paillot ġab id-draw għal San Ġiljan fil-21 minuta.

Fit-tieni taqsima, Omar Saho poġġa lil San Ġiljan fil-vantaġġ fil-55 minuta u kollox kien qed jindika li s-Saints kienu se jiksbu tliet punti oħra importanti.

Madankollu, Federico Marine Tejada kellu ideat oħra hekk kif ġab id-draw fis-67 minuta qabel ma skorja l-gowl tar-rebħa fit-tieni minuta tal-ħin miżjud.

Referee: Miguel Francica.

Attard Edex Kings u Marsa St Michael’s jaqsmu l-punti

Attard Edex Kings 1–1 Marsa St Michael’s

Attard Edex Kings u Marsa St Michael’s ħadu punt kull wieħed wara li temmew fi draw ta’ 1-1 f’konfront bilanċjat mill-ħames ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA.

Marsa St Michael’s kienu l-ewwel li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Amri Mohamed Taher, biex daħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0.

Fit-tieni taqsima, Attard ħarġu aktar determinati li jsalvaw il-partita u rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw fl-64 minuta permezz ta’ Salman Karim.

Minkejja l-isforzi taż-żewġ timijiet sabiex jiksbu l-gowl tar-rebħa, l-iskor baqa’ ma nbidilx sal-aħħar.

Referee: Alex Grech.

KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI

Valletta St Paul’s 9, Marsa St Michael, Attard Edex Kings 8, San Ġiljan Saints 7, Senglea Gunners 6, Valletta Stars St Dominic 4, Swieqi United 0.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here