Tuesday, April 30, 2024

Animal Guardians Malta b’appell lill-pubbliku għal donazzjoni ta’ €2 biex jixtru l-ikel għall-qtates

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Animal Guardians Malta, għaqda mhux governattiva li tieħu ħsieb ’il fuq minn 200 qattus abbandunat, tellgħet post fuq il-midja soċjali fejn  talbet għall-għajnuna tan-nies minħabba li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja kemxejn baxxa. 

L-għaqda ħeġġet lill-pubbliku sabiex jagħtu donazzjoni ta’ €2 biex b’hekk ikunu jistgħu jixtru l-ikel għall-qtates tagħhom. 

Dawk kollha li jħobbu l-annimali u interessati li jagħtu donazzjoni għandhom jagħmlu dan fuq:

REVOLUT / BOV pay – +356 79401186

Paypal – [email protected]

Online bank donations:

IBAN: MT51 VALL 2201 3000 0000 4002 3402 865

Din l-għaqda tuża pjattaformi ta’ midja soċjali varji, bħal Facebook (https://www.facebook.com/animalguardiansmalta/), Instagram (cat_cafe4life) u TikTok (@catcafe4life), biex tħeġġeġ lill-pubbliku u tinfurmah dwar ix-xogħol li tkun qed twettaq għalhekk min jixtieq li jsegwi aktar mill-qrib dwar ix-xogħol li tagħmel din l-għaqda għandu jżur dawn il-paġni.

Sport