Thursday, April 18, 2024

Manchester United jixħtu l-interess fuq Adrien Rabiot

Aqra wkoll

Wara l-bidu negattiv għall-istaġun 2022/23 meta sfaw megħluba f’Old Trafford minn Brighton bl-iskor ta’ 2-1, Manchester United jinsabu f’paniku biex jakkwistaw midfielder hekk kif fadal tliet ġimgħat għat-tmiem tas-suq tat-trasferimenti.

Wara li ilhom jiġru wara l-firma tal-Olandiża ta’ Barcelona, Frenkie De Jong, issa xeħtu l-interess tagħhom fuq il-Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot.

Rabiot, li għandu 27 sena, jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt mal-Bianconeri u għaldaqstant teżisti possibbiltá li jkunu nteressati biex jagħmlu negozju mar-Red Devils.

Peró, rapport minn Spanja għadhom qed isostnu li De Jong se jitlaq lil Barcelona .. bid-destinazzjoni tkun bejn Manchester United u Chelsea.

Ekonomija

Sport