L-ewwel darba li l-Festival kelli jitħassar
Il-pandemija tal-Covid-19 wasslet biex titħassar ukoll l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Farsons Beer Festival.
Din hija l-ewwel darba sa mindu dan il-festival kien imniedi fl-1981 li dan il-festival mhux se jkun qed jiżvolġi.
Filwaqt li qed jittamaw li s-sitwazzjoni f’pajjżina tkun tjiebet sal-aħħar ta’ Lulju, l-organizzaturi qalu li mhux se jkun possibbli għalihom li jorganizzaw festival ta’ skala tant kbira meta l-awtoritajiet mhux qed jiggarantixxu attivitajiet tal-massa matul ix-xhur tas-sajf minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Intant l-organizzaturi qalu li qed iħarsu bil-quddiem li l-festival jittella’ b’mod regolari is-sena li ġejja, b’dak li jmiss ikun l-40 edizzjoni mindu ġie mniedi l-festival.