Matul ix-xahar ta’ Novembru, il-Ġermanja se tkun qiegħda taqleb għal perjodu ta’ lockdown. Il-Kanċillier Angela Merkel sejħet għal sforz nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jegħlbu l-pandemija.
L-iskejjel u l-ħwienet huma l-uniċi postijiet li fihom se tibqa’ għaddejja attività. Il-kuntatt soċjali se jkun limitat u l-bars u l-faċilitajiet ta’ divertiment se jkunu qed jinżammu magħluqin. Franza fl-aħħar ħin ukoll ħabbret li se tkun qiegħda tidħol f’perjodu ta’ lockdown.
Il-Professur Peter Piot wissa li r-rata tal-imwiet fl-ewropa kompliet tiżdied u mal-1,000 persuna qed jitilfu ħajjithom kuljum kawża tal-pandemija.