Waqt li dalgħodu kompla l-kontra eżami tal-imputat Yorgen Fenech hekk kif għaddej ġuri dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-akkużat ġie mistoqsi mill-Prosekuzzjoni dwar diversi messaġġi li kellu fuq il-mobile.
Jiġi mistoqsi jekk kienx jgħin nies fil-politika… Yorgen Fenech jwieġeb billi jgħid… “kont ngħin ħafna nies… anke lill-Avukat Jason Azzopardi”.
F’dan il-waqt l-Avukat Azzopardi li kien fl-awla xengel rasu u tbissem.
