Investigazzjonijiet tal-pulizija li saru matul dawn l-aħħar jiem b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet magħrufin bħala pickpocketing, irrappurtati minn passiġġieri li kienu qed jużaw is-servizzi tat-trasport pubbliku, wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel.
Iż-żewġt irġiel ta’ nazzjonalità Rumena, li għandhom 45 u 57 sena, huma suspettati li wettqu numru ta’ serqiet. Fil-kors tal-investigazzjonijiet u minn analażi ta’ filmati minn kameras tas-sigurtà, irriżulta li s-suspettati setgħu kienu qed joqogħdu fil-Gżira, fejn ġew osservati u sussegwentement arrestati.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti illum, għall-ħabta tal11.00am quddiem il-Maġistrat Dr Nadia Helena Vella LL.D.
