Jinstab sit arkeoloġiku ġdid fix-Xagħra li jmur lura 6,000 sena

...Tinħareġ ordni b’emerġenza ta’ konservazzjoni

Aqra wkoll

Fi Pjazza Sant’Anton fix-Xagħra Għawdex saret sejba arkeoloġika importanti li tmur lura madwar 6,000 sena. Hekk kif instabet din is-sejba, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni ta’ konservazzjoni ta’ Emerġenza biex is-sit jiġi priservat.

Is-sejba tikkonsisti fi fdalijiet umani, fuħħan preistoriku u reċipjenti intatti li jmorru lura għall-Fażi taż-Żebbuġ, bejn l-4100 u t-3800 QK.

Skont dak li nstab, kollox qiegħed jindika li fil-post kien hemm ċimiterju preistoriku fejn kien hemm mill-inqas tmien oqbra. Dawn kollha huma marbutin mal-ewwel studju ta’ żmien it-tempji f’Malta. Issa dan is-sir se jkun wieħed mill-aktar skoperti arkeoloġiċi sinifikanti tal-preistorja bikrija Maltija.

Il-protezzjoni se ddum 12-il xahar mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern. F’dan iż-żmien, se jsiru aktar studji biex jiġu stabbiliti miżuri fit-tul u jitħares dan il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport