Saturday, October 12, 2024

Anke Therese Comodini Cachia tgħid li mhix se tikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-PN

Aqra wkoll

Fil-ħin li għadda kien imiss lid-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia li ssegwi fil-passi ta’ Roberta Metsola u tiddikjara li mhix se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Comodini Cachia kienet intgħażlet mill-grupp ta’ deputati ribelli fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, li wara li sfiduċjaw lil Adrian Delia, għażlu proprju lilha biex tkun il-Kap tal-Oppożizzjoni.

F’kumment fuq il-midja soċjali, Comodini Cachia qalet li biex il-Partit Nazzjonalista verament isir gvern alternattiv jeħtieġ bidla fit-tmexxija u bidla fil-mod kif jagħmel il-politika tiegħu.

Fl-istess waqt saħqet li se tiba’ impenjata biex tara li l-Partit Nazzjonalista jkun tim wieħed, tim magħqud, kredibbli u serji.

Sport