L-attakkant ta’ Brighton and Hove Albion Ansu Fati se jkollu jibqa’ barra mil-logħob għal erba’ xhur war ali weġġa’ fl-aħħar logħba mill-kampjonat Premier Ingliż kontra Nottingham Forest li huma rebħu 3-2.
Il-kowċ Roberto de Zerbi kontra qalbu ħabbar li l-plejer mhux f’kundizzjoni fiżika tajba u se jkollu jitlef diversi logħob filwaqt li mistenni jkun tajjeb għal Marzu li ġej.
Fati xejn m’hu qed ikollu fortuna fil-kundizzjoni fiżika tiegħu minħabba li qed iweġġa’ ta’ spiss bit-tobba jgħidu li l-uġigħ fil-meniscus xi kultant jerġa’ jitfaċċa.