Wednesday, July 24, 2024

It-tkeċċija ta’ Grosso għadha tidwi sew fi Franza

Aqra wkoll

Fi Franza kulħadd għadu jitkellem fuq il-kriżi ta’ Olympique Lyon u t-tneħħija mill-kariga tal-kowċ Fabio Grosso li bla dubju xejn ma ġietu tajba fix-xahrejn u nofs li kien ilu fil-kariga. Apparti li t-tim ftit tjieb fil-wirjiet tiegħu, diversi kritiċi tal-futbol Franċiż qalu li Grosso sab tim dgħajjef u nieqes minn diversi plejers ta’ potenzjal li telqu lill-klabb matul dan is-sajf.

Lyon qed jikkumbattu sew kontra l-problemi finanzjarji apparti li jridu joqogħdu attenti mill-awtoritajiet tat-taxxa Franċiża li qegħdin seba’ għajnejn fuqhom.

Is-sitwazzjoni fil-kampjonat ftit tinsab tajba hekk kif jinsabu fl-aħħar post b’seba’ punti minn 12-il logħba.

Ekonomija

Sport