Monday, December 23, 2024

Ansu Fati viċin li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-aġent ta’ Ansu Fati, Jorge Mendes, wasal Barcelona bil-ħsieb li jiżgura ftehim ġdid fit-tul għall-klijent tiegħu.

Il-ġganti Katalani huma viċin li jħabbru li qablu fuq kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Pedri, waqt li għaddejjin ukoll b’taħdidiet ma’ Ousmane Dembele, Gavi u Ronald Araujo.

Il-futur ta’ Fati huwa wkoll fuq il-lista ta’ prijoritajiet tal-club, minħabba li l-ftehim attwali tal-internazzjonali Spanjol għandu jiskadi fl-aħħar tal-istaġun, għalkemm il-ftehim jista’ jiġi estiż għal sentejn oħra.

Jorge Mendes, li jirrappreżenta liż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, tar Barcelona u se jkollu taħdidiet mal-club mil-La Liga fil-jiem li ġejjin.

Fati huwa determinat li jikseb ftehim ġdid mal-club immexxi minn Ronald Koeman minkejja s-suġġerimenti li clubs bħal Manchester United huma ħerqana li jiffirmawh.

Iż-żagħżugħ, li riċentement irritorna minn injury fit-tul fl-irkoppa, skorja 14-il goal u rreġistra ħames assists f’46 dehra għal Barcelona fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport