L-attakkant Kroat ta’ AC Milan, Ante Rebic, jista’ jiġi msejjaħ mill-coach Stefano Pioli hekk kif jidher li rkupra mill-injury li kellu f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Milan se jilagħbu barra minn darhom għand Empoli bil-coach Pioli li jittama li jkun jista’ jilgħab lil dan il-player li skorja 15-il goal fi 52 partita mar-Rossoneri.
Rebic tħarreġ ma’ sħabu l-Ġimgħa filgħaxija u beda jiġri bil-ballun qisu mhux hu. Minkejja kollox, Pioli mistenni jibdih minn fuq il-bank tas-sostituti u jdaħħlu aktar tard fil-partita.