Thursday, April 18, 2024

Biden jgħid li l-Amerka mhix se tkun intimidata mit-theddid ta’ Putin

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden wissa’ lir-Russja li l-Istati Uniti mhix se tkun intimidata minn theddid imprudenti wara ċerimonja li fiha Vladimir Putin iddikjara erba’ reġjuni mill-Ukrajna bħala parti mir-Russja.

Putin deher li jagħmel theddida moħbija li lest juża l-armi nukleari biex jiddefendi t-territorji l-ġodda. Huwa ddikjara li r-reġjuni se jkunu parti mir-Russja “għal dejjem” 

Fid-diskors tiegħu, il-mexxej Russu sostna li ċ-ċittadini f’Kherson, Zaporizhzhia, Luhansk u Donetsk ivvutaw biex ikunu “mal-poplu tagħhom, f’art ommhom”.

Huwa kien qed jirreferi għall-hekk imsejħa referendi li saru fir-reġjuni fl-aħħar jiem, iżda l-gvernijiet tal-Ukrajna u tal-Punent ikkundannaw il-voti u qajmu dubji serji dwar il-proċess. Fost l-oħrajn kien hemm tħassib serju li l-Ukreni kienu sfurzati u mbeżżgħin mis-suldati Russi.

Ekonomija

Sport