Tuesday, August 4, 2026
Home Sport Erling Haaland kien qed jikkunsidra li jingħaqad ma’ Liverpool

Erling Haaland kien qed jikkunsidra li jingħaqad ma’ Liverpool

0
651

Qabel ma ffirma ma’ Manchester City, fis-sajf li għadda l-attakkant internazzjonali Norveġiż ta’ Borussia Dortmund, Erling Haaland, kien qed jikkunsidra li jingħaqad ma’ Liverpool.

Dan minħabba li huwa jilgħab is-sistema ta’ Jurgen Klopp u l-aġent tiegħu beda bin-negozjati mar-Reds. Iżda dawn it-taħditiet ma tantx damu minħabba l-fatt li missieru, Alfie, li lagħab tliet snin għas-Citizens, influwenzah biex imur jilgħab fl-Etihad Stadium.