Friday, April 19, 2024

Tfajla tmut wara li fixklet il-gwardarobba mal-bieb tat-toilet f’lukanda f’Liverpool

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 21 sena spiċċat vittma ta’ inċident pjuttost stramb waqt li kienet f’kamra f’lukanda f’Liverpool.

It-tfajla nstabet bi gwardarobba fuqha li kienet qiegħda timblukkalha n-nifs. Kienu xi ħbieb tagħha stess li sabuha f’din is-sitwazzjoni u minnufih sejħu xi rġiel biex jgħinuhom minħabba li skont rapporti l-gradenza kienet waħda pjuttost tqila.

Fil-post issejħu l-pulizija li minħabba l-investigazzjonijiet żammew l-irġiel arrestati sakemm ftit tal-ħin wara ġew meħlusin mingħajr akkużi minħabba li rriżulta li kien inċident sfortunat.

Omm il-vittma kisret is-silenzju u qalet li dak li ġara lil bintha kien inċident sfortunat wara lejl ta’ divertiment. Jidher li t-tfajla ħarġet ma’ xi ħbieb u wara li raw li kienet xurbana akkumpanjawha fil-kamra biex tistrieħ u reġgħu ħarġu għax il-lejl kien għadu pjuttost fil-bidu tiegħu.

Skont spekulazzjoni, it-tfajla qamet mis-sodda, x’aktarx biex tmur fil-kamra tat-toilet u minflok fetħet il-gradenza u x’aktarx waqgħet għal fuqha bla ma tatha ċans tirreaġixxi, kemm minħabba l-istat li kienet fih, kif ukoll minħabba t-toqol tagħha.

Sport