Atletico Madrid qed iħejju biex javviċinaw lil Manchester United biex jiddiskutu l-possibbiltà ta’ ftehim ta’ tpartit għal Anthony Martial matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
L-aġent ta’ Martial Philippe Lamboley dan l-aħħar qal li l-Franċiż huwa ħerqan li jħalli Old Trafford fil-bidu tal-2022, wara li jinsab frustrat bin-nuqqas ta’ logħob tiegħu dan l-istaġun.
Madankollu, il-manager temporanju ta’ Manchester United Ralf Rangnick saħaq li l-attakkant ma informax lir-Rd Devils li jrid ifittex club ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Atletico huma ħerqana li jiddiskutu skambju possibbli mar-Red Devils għal Martial, li wkoll kien marbut ma’ Barcelona, Lyon, Arsenal, Everton u Paris Saint-Germain.
Iċ-champions Spanjoli jridu jkunu jafu jekk hemmx xi players fil-Wanda Metropolitano li Man United ikunu interessati li jiffirmaw bħala parti minn tpartit.
Martial, li bħalissa jinsab barra mil-logħob minħabba injury fl-irkoppa, skorja darba biss f’10 dehriet f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22.