Thursday, April 25, 2024

Liverpool qrib ftehim biex jiffirmaw lil Joao Felix

Aqra wkoll

Liverpool qed jersqu qrib ftehim biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Atletico Madrid, Joao Felix.

Jingħad li l-internazzjonali tal-Portugall qed ifittex li jħalli l-Wanda Metropolitano hekk kif qed jissielet għall-post regolari taħt Diego Simeone.

Felix skorja biss goal wieħed u pprovda żewġ assists fi 13-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, u beda biss tliet logħbiet tal-La Liga fil-proċess.

Manchester City u Manchester United it-tnejn jisnabu interessati fil-firma ta’ Felix, iżda skond rapporti fi Spanja, Liverpool qed ‘joqorbu’ għall-firma tiegħu.

Ir-Reds jistgħu jilħqu ftehim ta’ £63 miljun għall-player ta’ 22 sena, b’Atletico lesti li jaqtgħu t-telf tagħhom fuq il-£114.5m li ħallsu biex jiffirmawh mingħand Benfica fl-2019.

Felix skorja 20 goal u pprovda 11-il assist minn 89 logħba għaċ-champions tal-La Liga, u l-kuntratt tiegħu f’Madrid mistenni jibqa’ għaddej sal-2026.

Sport