Fi tmiem din il-ġimgħa qed jintlagħbu diversi tournaments organizzati mil-LEN fosthom il-Men’s Challenger Cup Qual. Round Grupp C li qed isir f’Maribor, is-Slovenja, u li fiha qed jieħdu sehem Neptunes u Sliema kif ukoll Grupp A li qed isir f’Tal-Qroqq u fih qed jieħdu sehem San Ġiljan.
Neptunes……………..13
Sliema…………………11
(4-1, 2-2, 3-4, 4-4)
*Il-logħba kienet waħda missielta tant li kull team rebaħ sessjoni u t-tnejn l-oħra ntemmu fi draws fejn kien fl-ewwel waħda li Neptunes ħadu vantaġġ ta’ tliet goals u baqgħu jibżgħu għalihom sal-aħħar.
Iż-żewġ timijiet lagħbu hekk:
Neptunes: Matthew Castillo (g), Max Lanzon 1, Liam Galea 1, Luigi Mallia, Nikola Giga 3, Julian Valletta, Sean Mifsud, Russell Caruana, Mark Castillo 2, Jake Bajada, Andreas Fava, Sam Gialanze 2, Marco Milic 4, Marco Rossi (g).
Sliema: Benjamin Busuttil (g), Sebastian Busuttil, Bogdan Djerkovic, James Gambin, Jayden Cassar, Benji Cachia, Andrea Fondelli 2, Daniel Vincent Rizzo 1, Jake Cachia, Julian Chircop 1, Carlos Exequill Camnasio 3, Marton Doczi 4, Giancarlo Gatt, Zayd Tamer Mahmoud (g).
Referees: Johan De Boer (Olanda), Alexandros Vlastos (Svezja).
San Ġiljan……………..20
Paredes PA……………12
(7-2, 4-3, 2-1, 7-6)
*San Ġiljan kellhom rebħa faċli kif jindikaw l-iskors tat-sessjonijiet li rebħuhom kollha fejn anke skorjaw seba’ goals fl-ewwel u fl-aħħar waħda u t-tnejn tan-nofs rebħuhom bl-iskor totali ta’ 6-4. Dan il-grupp qed jintlagħab fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.
Il-goals tagħhom ġew skorjati minn disa’ players differenti bil-coach jinżel b’dan it-team:
San Ġiljan: Jake Tanti, Dean Bugeja, Milos Vukucevic 3, Sebastian Van Wyk, Atsushi Arai 1, Matthew Zammit 2, Martin Famera Capencova 4, Ben Plumpton 2, Jeremy Abela 3, Nikolai Zammit 3, Darren Zammit, Nico Schiavone 1, Luigi Dimech 1, Thomas Schembri (g).
Il-goals ta’ Paredes ġew minn Ricardo Moto Teixeira 4, Gilhume Oneto Gomes 3, Andre Filipe Pereira 3 u Francisco Pinheiro Ferras 2.
Referees: Matjaz Homovic (Slovenja), Karel Dvoracek (Rep. Ċeka).




