Saturday, November 21, 2026
Home Sport Tennis – ATP Finals: Medvedev jissupera lil Tiafoe u jgħaddi għas-semi-finali

Tennis – ATP Finals: Medvedev jissupera lil Tiafoe u jgħaddi għas-semi-finali

0
36

Ir-Russu Daniil Medvedev kiseb post fis-semi-finali tal-ATP Finals f’Turin wara li għeleb lill-Amerikan Frances Tiafoe 6-3, 6-4 fi Grupp Ivan Lendl.

Ir-Russu wera logħba konsistenti, b’servizz b’saħħtu u kontroll mill-baseline, fejn irreġistra 15-il ace u rnexxielu jikkontrolla l-mumenti kruċjali tal-partita.

Wara li rebaħ l-ewwel set 6-3, Medvedev żamm l-istess livell fit-tieni wieħed u għamel break deċiżiv meta l-iskor kien 4-4, qabel għalaq il-konfront.

B’din ir-rebħa, Medvedev irritorna fis-semi-finali ta’ dan it-tournament għall-ewwel darba mill-2023. 

Huwa issa se jiltaqa’ mal-Ġermaniż Alexander Zverev għal post fil-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here