Friday, July 19, 2024

Antonio Cassano jikkritika l-metodu tattiku ta’ Allegri

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem fuq programm sportiv, l-eks plejer ta’ Bari, Inter u Milan u llum il-ġurnata opinjonist, Antonio Cassano, ikkritika t-tattika li qed jilgħab biha l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri. B’mod ironiku, hu qal li s-sistema tattika ta’ 5-5-0 qed tirnexxi ħafna biex it-tim ma jiskorjax.

Hu qal li kontra Atalanta, it-tim ħaseb biex jiddefendi biss u jħalli barra l-lat offensiv tal-logħba. Hu qal li bir-raġun li l-partitarji jinsabu rrabbjati b’dan l-atteġjament.

Juventus jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika b’14-il punt minn seba’ logħbiet, erba’ punti bogħod mil-liders Inter.

Ekonomija

Sport