Saturday, May 4, 2024

Antonio Rudiger irid jibqa’ ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-“prijorità” ta’ Antonio Rudiger hi li jibqa’ ma’ Chelsea u jiffirma kuntratt ġdid fost l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.

Il-ftehim tal-player ta’ 28 sena fi Stamford Bridge għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u numru ta’ clubs, fosthom Real Madrid u Bayern Munich, huma maħsuba li qed ifittxu li jiffirmawh bi free transfer.

Diversi rapporti sostnew li Rudiger huwa ħerqan li jħalli lill-Blues biex ifittex club ġdid.

L-internazzjonali Ġermaniż irid jibqa’ mal-club tiegħu tal-Premier League, iżda ftehim huwa “l bogħod milli jintlaħaq” u “ħafna clubs” huma interessati fih.

Id-difensur, li ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Roma fl-2017, kien player ewlieni għal Thomas Tuchel mill-wasla tiegħu bħala manager ta’ Chelsea.

Sport