Saturday, December 21, 2024

Antonio Rudiger mhux qed jgħaġġel biex jiffirma kuntratt ġdid ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, qal li mhux qed jgħaġġel biex jiffirma kuntratt ġdid mal-Blues, peress li din se tkun “l-iktar deċiżjoni importanti” tal-karriera tiegħu.

Il-futur ta’ Rudiger jibqa’ s-suġġett ta’ ħafna spekulazzjoni, bil-ftehim tal-internazzjonali Ġermaniż fi Stamford Bridge li għandu jiskadi f’Ġunju li ġej.

Numru ta’ clubs, inklużi Real Madrid, Paris Saint-Germain, Tottenham Hotspur u Bayern Munich, jingħad li huma interessati li jiffirmaw lid-difensur bi free transfer.

Il-player ta’ 28 sena insista li ma kienx f’diskussjonijiet ma’ xi club għajr Chelsea, iżda mhux lest li jgħaġġel rigward deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.

“Għalija, din issa se tkun l-iktar deċiżjoni importanti tal-karriera professjonali tiegħi. Ma tkellimt ma’ ebda club ieħor għajr Chelsea,” huwa qal.

Rudiger kien player ewlieni għal Chelsea mill-wasla ta’ Thomas Tuchel bħala manager, filwaqt li huwa diġà deher f’seba’ okkażjonijiet f’livell ta’ club matul dan l-istaġun, u skorja goal.

Ekonomija

Sport