Manchester City kienu lesti li joffru lil Raheem Sterling bi skambju ma’ Ansu Fati

0
802

Manchester City kienu lesti li joffru lil Raheem Sterling bi skambju mal-winger ta’ Barcelona Ansu Fati, aktar kmieni dan is-sajf.

Matul it-tieqa tat-trasferimenti riċenti, Sterling allegatament kien wieħed minn numru ta’ players ta’ Man City li kienu se jitħallew jitilqu mill-Etihad Stadium għall-prezz it-tajjeb.

Iżda, offerta li tiltaqa’ mal-valutazzjoni tas-Citizens qatt ma mmaterjalizzat u Sterling minn dakinhar kompla biex għamel tliet dehriet mill-bidu u erba’ dehriet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, iċ-champions Ingliżi kienu ppreparati li jċedu lill-player ta’ 26 sena jekk dan kien ifisser li jkunu jistgħu jiffirmaw lil Fati.

Minħabba l-problemi finanzjarji tagħhom, Barcelona kienu jkunu lesti li jbigħu lil Fati biss jekk jirċievu offerta ta’ flus kontanti li kienet tajba wisq biex tirrifjutaha.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, li qed jirkupra minn injury fit-tul fl-irkoppa, jinsab lest li jirritorna fl-iskwadra ta’ Barcelona kontra Levante nhar il-Ħadd.