Friday, December 27, 2024

Anzjan akkużat li spara żewġ tiri fuq żagħżugħ li ħabbat bieb b’ieħor f’Kansas

Aqra wkoll

Raġel fl-istat Amerikan ta’ Missouri qed ikun akkużat li spara fuq żagħżugħ li ħabbat bieb b’ieħor waqt li kien qed jiġbor lil ħutu ż-żgħar nhar il-Ħamis li għadda.

Andrew Lester ta’ 84 sena qed ikun akkużat li spara żewġ tiri fuq Ralph Yarl, żagħżugħ ta’ 16-il sena. B’xorti tajba Ralph baqa’ ħaj.

Prosekutur allega li kien hemm “element razzjali” b’rabta ma’ din l-isparatura. Minkejja dan, Lester ma ġiex akkużat b’reat ta’ mibegħda.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa matul il-jum tat-Tnejn, il-Prosekutur ta’ Clay County Zachary Thompson qal li: “Il-messaġġ tiegħi lill-komunità huwa li, fi Clay County, aħna ninfurzaw u nsegwu l-liġijiet. Ma jimpurtax minn fejn ġej, kif tidher jew kemm għandek flus”.

Il-Ħadd li għadda l-Pulizija kienu żammew lil Lester għal aktar investigazzjonijiet qabel ġie rilaxxat. Dan wassal għal diversi protesti madwar il-belt; ilbieraħ, il-protestanti nġabru quddiem id-dar tas-suspettat u bdew jgħajtu: “Il-ħajjiet ta’ persuni suwed jinsabu taħt attakk”, … “qumu, iġġieldu lura”.

Id-dar ta’ Lester ukoll ġiet irrapportata li kienet ivvandalizzata.

Ekonomija

Sport