Tuesday, May 14, 2024

Weightlifting: Tenishia Thorton tikkompeti fl-Armenja

Aqra wkoll

Tenishia Thornton, atleta ta’ 17-il sena, għadha kif ikkompetiet fil-Kampjonati Ewropej tas-Seniors tal-Weightlifting f’Yerevan, l-Armenja.

Din il-kompetizzjoni kienet ta’ importanza kbira peress li hija avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika għal Pariġi 2024.

Thornton kkompetiet fil-kategorija 59Bkg u kisbet riżultati tajbin. Hija fetħet bi 82kg, u mxiet għal 84kg iżda tilfet it-tielet tentattiv tagħha f’86kg. Dan ir-riżultat poġġiha fit-tieni post.

Fil-Clean & Jerk bdiet b’mod qawwi b’101kg, żiedet għal 105kg iżda wara clean qawwi ma setgħetx tikkonkludi l-jerk tagħha wara li kellha bugħawwieġ. Sfortunatament dan affettwa wkoll it-tielet u l-aħħar tentattiv tagħha. Hija rnexxielha tirreġistra total ta’ 185kg biex spiċċat fir-raba’ post.

Minkejja li kienet l-iżgħar atleta fil-grupp, hi rnexxielha tikseb punteġġ ogħla mill-Irlanda, id-Danimarka, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, il-Finlandja u l-Iżrael.

L-atleta issa se tkun qed tiffoka kemm fuq il-livelli A tagħha kif ukoll fuq it-taħriġ, bil-kompetizzjonijiet internazzjonali li jmiss tagħha l-Kampjonati tal-Commonwealth fl-Indja u l-Kampjonati Ewropej tal-Juniors fir-Rumanija, Iż-żewġ kompetizzjonijiet f’Lulju,

Din il-kompetizzjoni ma setgħetx tkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti u ta’ SportMalta.

Sport