Wednesday, April 8, 2026

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li weġġa’ fil-Gżira

Aqra wkoll

Olandiż ta’ 70 sena li jgħix ix-Xagħra, Għawdex, għal xi 1:00 p.m., kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ ġewwa sit fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem fuq dgħajsa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport