Wednesday, April 24, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 74 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.45 p.m. fi Triq San Pawl.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza tat-tip Hyundai li kienet qed tinstab minn mara ta’ 32 sena miż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard l-anzjan kien iċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta.

Sport