Wednesday, July 24, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fin-Naxxar

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 89 sena residenti n-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu għall-ħabta tas-6:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Pjazza Vittorja fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza tat-tip Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena residenti l-Mosta.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport