Saturday, July 20, 2024

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal ħalliel li seraq flus kontanti minn ħanut f’Ħal Balzan

Aqra wkoll

Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal ħalliel, hekk kif aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6: 00a.m, ġew infurmati li seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kbira f’Ħal Balzan.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 49 sena.

Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport