Friday, November 15, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum f’daru

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta ta’ 11.45am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Fredrick Borg, l-Iklin.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 70 sena, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum f’daru.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport