Friday, April 19, 2024

Infrastructure Malta tlesti x-xogħol fuq il-flyover tal-Marsa

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ inxtered madwar 200 litru ta’ żejt fuq il-flyover tal-Marsa, mill-ewwel bdiet ħidma biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normali malajr kemm jista’ jkun.

Fil-fatt kien ġie deċiż li parti mill-flyover tal-Marsa se jkollha tinqala’ u tingħata t-tarmak mill-ġdid liema xogħol tlesta fil-ħin li għadda.

Infrastructure Malta filwaqt li ħabbret li t-tarmak il-ġdid kien lest, irringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu involuti f’dawn ix-xogħlijiet, entitajiet tal-gvern, kuntratturi u ħaddiema.

Sport