Friday, April 26, 2024

Żewġ Kolombjani salvati wara li ma setgħux jitilgħu minn taħt l-irdum ta’ Għar Tuta

Aqra wkoll

Żewġ Kolombjani ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta hekk kif ilbieraħ għal xi raġuni ma setgħux jitilgħu lura mill-irdum ta’ Għar Tuta li jinsab fil-limiti ta’ Paradise Bay.

Brandon Pisani l-kelliem għall-Pulizija qal lil talk.mt li l-persuni salvati huma Kolombjani huma mara ta’ 32 sena, residenti San Pawl il-Baħar, u raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera.

Kienu l-uffiċjali tal-pulizija li rċivew it-telefonati li kien hemm persuni fil-periklu u b’mod immedjat informaw liċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvtaġġ minħabba li fejn kienu qegħdin il-Kolombjani l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ma setgħux jaslu biex isalvawhom/

Jirriżulta li hekk kif marru biex jiġu salvati, il-persuni ma bdew jikkoperaw mal-Forzi Armati ta’ Malta u għalhekk kellhom jisejjħu l-pulizija.

Wara li ġew salvati huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei, fejn ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Sport