Wednesday, April 24, 2024

Jinstabu 17-il persuna oħra jgħixu b’mod irregolari f’Malta

Aqra wkoll

Dalgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-
ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, fejn instabu 17-il
persuna jgħixu b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mis-Senegal, mill-Mali, mill-Libja u mill-Kosta tal-Avorju – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

FIl-21 ta’ Mejju li għadda kienu nstabu 24 immigrant ieħor li kienu qegħdin jgħixu b’mod irregolari f’Malta.

Sport