Tuesday, December 24, 2024

Anzjan ħati li bagħat messaġġi b’konnotazzjoni sesswali lil tifla ta’ 13-il sena

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 68 sena mill-Qrendi nstab ħati wara li ammetta li bagħat messaġġi b’konnotazzjoni sesswali lil tifla ta’ 13-il sena. Kien għalhekk li l-Qorti kkundannatu multa ta’ €4,000 u 50 siegħa ta’ xogħol fil-komunità.

Hu ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li bejn April u Mejju ta’ din is-sena kien qiegħed jibgħat messaġġi bil-mobile li fihom kien hemm konnotazzjoni sesswali lil tifla ta’ 13-il sena.

L-anzjan ammetta wkoll li għamel użu minn apparat ta’ komunikazzjoni elettronika b’mod mhux xierqa. Qabel ma ngħatat is-sentenza kien sar qbil bejn id-difiża u anke l-Prosekuzzjoni dwar li l-piena ta’ ħabs m’għandhiex tkun waħda effettiva.

Jirriżulta li l-anzjan s-sena l-oħra tilef lil mara tiegħu u ammetta mill-ewwel li wettaq żball kbir dwar dak li għamel.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li r-raġel ikkollabora bis-sħiħ mal-pulizija u minbarra l-multa u x-xogħol fil-komunità ngħata ordni ta’ trażżin għal perjodu ta’ 3 snin.

Ekonomija

Sport