Wednesday, April 24, 2024

Koko, iċ-chimpanzee jagħlaq 50 sena

Aqra wkoll

Koko, wieħed mill-ixjaħ chimpanzee fl-Ewropa lbieraħ għalaq 50 sena. Din hija età kbira għal dan it-tip ta’ annimal.

Hu kien twieled fiż-żoo ta’ Dudley fil-West Midlands fl-1973, iżda mill-2006 s’issa kien qiegħed jgħix fiż-żoo ta’ Whipsnade li jinsab qrib Dunstable f’Bedfordshire

Hu t-tieni l-ixjaħ chimpanzee li hawn fl-Ewropa hekk kif oħra bl-isem ta’ Coco ċċelebbrat it-58 sena mit-twelid fiż-żonn ta’ Twycross f’Leicestershire.

Skont esperti jgħid li chimpanzee li jgħix fiż-żoo ma jgħix aktar minn 33 sena. Iżda l-aktar chimpanzee li għexet ħajja twila mietet fl-2017 fl-età ta’ 70 sena. Hija kienet qed tinżamm f’żoo fi Florida fl-Istati Uniti.

Sport