Monday, October 14, 2024

Anzjan imut wara li sab ruħu f’diffikultajiet fl-Imġarr Għawdex

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 80 sena residenti n-Nadur tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qiegħed jgħum fl-Imġarr Għawdex.

Kien għall-ħabta tal-4.50pm tal-bieraħ meta tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew imsejħa biex jassistu lir-raġel. Minkejja kull tentattiv biex jiġi salvat, l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar dan il-każ ġew informati wkoll l-pulizija tad-distrett t’Għawdex fejn mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom. Dwar il-każ infeħet il-inkjesta mmexxija Magistrat Bridget Sultan.

Il-pulizija qiegħda tinvestiga.

Sport