Saturday, May 18, 2024

Eks-plejer ta’ Man Utd jikkritika lid-diriġenti tal-klabb

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ Manchester United Lee Sharpe kien qed jitkellem ma’ sit elettroniku Ingliż wara l-aħħar telfa li kisbu t-tim favorit tiegħu kontra Galatasaray 3-2 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Hu akkuża lill-kowċ Erik Ten Haag u lid-diriġenza tal-klabb għal mod dilettantesk li bih imxew mal-eks gowlkiper Spanjol David de Gea u l-mod ta’ kif neħħewh bil-pulit minn Old Trafford.

Sharpe qal li hu ċar li l-gowlkiper mill-Kamerun Andre Onana ma qabadx art ma’ dan it-tim u minkejja li nefqu aktar minn £48 miljun, l-iżbalji li qed jagħmel sejħilhom tal-waħx. . Hu temm jgħid li hemm bżonn li jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex it-tim ma jiġix eliminat hekk kmieni fil-kompetizzjoni.

Sport