Sunday, November 29, 2026
Home Sport Statistika diżastruża u umiljanti ta’ Manchester United li tista’ twitti t-triq għar-relegazzjoni...

Statistika diżastruża u umiljanti ta’ Manchester United li tista’ twitti t-triq għar-relegazzjoni …. 

0
56


“SACKED IN THE MORNING … YOU’RE GETTING SACKED IN THE MORNING … “

Hekk bdew inkantaw il-partitarji ta’ Brentford lill-coach il-ġdid ta’ Manchester United, Mauricio Pochettino, f’Old Trafford fir-rebħa ta’ 4-0 valida mill-Premier League, proprju fit-tieni partita fit-tmexxija tiegħu … hekk kif il-Bees irreġistraw l-ewwel rebħa f’dan l-istadium mill-1937, jiġifieri, 89 sena ilu!!

Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huwa kellu debutt diżastruż meta f’Anfield, ir-Red Devils sfaw megħluba wkoll 4-0, din id-darba mir-rivali eterni Liverpool.

Din l-istatistika diżastruża ta’ dan l-istaġun turi għaliex Manchester United jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar, jiġifieri, fiż-żona tar-relegazzjoni:

– Rebħa waħda biss f’12-il partita tal-Premier League, b’United qed jitħabtu biex isibu konsistenza.

– Sitt telfiet fl-ewwel 12-il partita tal-kampjonat.

– sofrew 27 goal, medja ta’ 2.25 kull partita.

– Ebda clean sheet fil-Premier League dan l-istaġun.

– Tmien punti biss minn 12-il partita, medja ta’ 0.67 punti kull partita.

– F’seba’ partiti konsekuttivi sofrew l-ewwel goal, li juri l-problemi tagħhom fil-bidu tal-logħbiet.

– 13-il partita konsekuttiva mingħajr clean sheet.

– sofrew 23 goal fl-ewwel 11-il partita tal-kampjonat, qabel it-telfa ta’ 4-0 kontra Brentford żiedet it-total għal 27.

– Fi tmien partiti konsekuttivi sofrew mill-inqas żewġ goals fil-kompetizzjonijiet kollha.

– Telfiet konsekuttivi fil-Premier League b’differenza ta’ mill-inqas erba’ goals għall-ewwel darba mill-1963.

– Sitta mill-aħħar seba’ partiti tagħhom kellhom mill-inqas tliet goals.

– L-uniku team fil-Premier League li għadu ma skorjax fl-ewwel 30 minuta ta’ partita tal-kampjonat

– L-ebda rebħa barra minn darhom f’disa’ partiti.

– Rekord ta’ erba’ draws u ħames telfiet barra minn darhom.

– Skorjaw seba’ goals biss barra minn darhom.

– Sofrew 20 goal barra minn darhom.

– Id-differenza ta’ goals barra minn darhom: -13.

–  Seba’ taqsimiet konsekuttivi ta’ 45 minuta fil-Premier League li fihom United sofrew żewġ goals, rekord fil-Premier League.

– Il-United waslu għal 12-il partita fil-bidu tal-istaġun mingħajr clean sheet, għall-ewwel darba minn 1930-31. F’dak l-istaġun, huma spiċċaw fl-aħħar post tal-kampjonat.

– Għall-ewwel darba minn Boxing Day tal-1963, ir-Red Devils tilfu erba’ partiti konsekuttivi tal-kampjonat b’differenza ta’ mill-inqas erba’ goals.

-Il- United għaddew minn 10 partiti tal-kampjonat mingħajr rebħa, fejn kisbu ħames draws u sofrew ħames telfiet. Din kienet l-itwal senesiela tagħhom mingħajr rebħa fil-kampjonat mill-11-il partita konsekuttiva bejn Novembru 1989 u Frar 1990.

– Manchester United ma rebħux partita tal-kampjonat fi tliet xhur kalendarji: Settembru, Ottubru u Novembru.

– Pochettino huwa biss it-tieni manager fl-istorja tal-Premier League li tilef l-ewwel żewġ partiti tiegħu b’differenza ta’ mill-inqas erba’ goals f’kull waħda, wara Dave Jones ta’ Wolverhampton Wanderers, f’Awwissu 2003.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here