Il-caoch tal-Brażil Carlo Ancelotti se jmur f’San Siro fis-6 ta’ Diċembru, qabel il-partita bejn Milan u Parma, biex jiġi introdott fil-Hall of Fame wara li ġie magħżul fost l-aqwa tliet midfielders fl-istorja tal-club.
Ancelotti se jirċievi premju speċjali ddisinjat minn Tiffany & Co mingħand l-eks sieħbu Daniele Massaro qabel il-bidu tal-partita. Parma huma wkoll il-club tal-belt fejn twieled Ancelotti.
Ancelotti lagħab ma’ Milan bejn l-1987 u l-1992, fejn għamel 160 dehra, skorja 11-il goal u rreġistra 12-il assist. Mat-team immexxi minn Arrigo Sacchi rebaħ żewġ European Cups, żewġ titli tas-Serie A, żewġ UEFA Super Cups, Intercontinental Cup u Italian Super Cup.
Bħala club, Ancelotti mexxa lil Milan bejn l-2001 u l-2009, fejn rebaħ il-UEFA Champions League darbtejn, darba l-iScudetto, żewġ UEFA Super Cups, Club World Cup, Coppa Italia u s-SuperCoppa Italiana.




