Saturday, November 23, 2024

Anzjan imut wara li safa attakkat minn merħla baqar fir-Renju Unit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 82 sena miet wara li safa attakkat minn merħla baqar waqt li kien miexi ma’ martu f’Ivescar f’Yorkshire Dales fir-Renju Unit.

L-anzjan sfortunatament ġie ċċerifikat mejjet fil-post u martu ta’ 78 sena ttieħdet fi sptar bi trasport mill-ajru. Hija sofriet ġrieħi gravi u ttieħdet lejn ir-Royal Lancaster Infirmary permezz ta’ ħelikopter.

Skont l-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-koppja setgħet tat fastidju l-merħa li hu mifhum li kellha l-frieħ. Kull sena jkun hemm rapporti fejn persuni jispiċċaw mgħaffġin minħabba sitwazzjonijiet simili fejn il-baqar jaġitaw ruħhom u jaġixxu b’mod li jitgerrxu għal fuq dak li jkun bil-ħsieb li jipproteġu liż-żgħar tagħhom. Normalment ħaddiema fl-irziezet u nies li jgħaddu jippassiġġaw jispiċċaw vittmi f’dawn l-inċidenti.

Ir-raħħala tant huma konxji ta’ din is-sitwazzjoni li għandhom tabelli li jindikaw li f’każ li persuni jkunu mexjin bil-klieb u b’xi mod dawn jispiċċaw mal-merħla, is-sid għandu jħallihom joħorġu waħidhom minħabba l-ħeffa tagħhom li tissuppera lil dik tal-bniedem u li b’hekk tagħmilha anqas riskjuża għalihom li jindarbu.

Sport