Sunday, November 24, 2024

Anzjan imut wara li waqa’ minn gallarija f’Ħal Safi

Aqra wkoll

Anzjan tilef ħajtu wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-4:00 p.m, kien involut f’inċident f’residenza fi Triq iż-Żurrieq, f’Ħal Safi

Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 79 sena waqa’ madwar sular minn gallarija tar-residenza tiegħu stess.

Huwa ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei, iżda ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport