Wednesday, July 24, 2024

Mosta jegħlbu lil Valletta fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Mosta ……..1

Valletta …..0

Mosta kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 kon­tra Valletta meta għelbuhom bl-iskor  minimu ta’ 1-0, b’dan ir-riżultat ikompli jikkonferma staġun mill-aktar diżappuntanti għal Valletta.

Kienet partita li setgħet tmur kull naħa, madankollu, Mosta għarfu jagħmlu l-iżjed ħaġa importanti, jiġifieri jsibu x-xibka, proprju lejn l-aħħar mumenti tal-partita.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta xutt mid-distanza ta’ Brandon Paiber għadda barra.

Mosta wieġbu seba’ minuti wara meta xutt mid-distanza ta’ Armen Hovhannisyan ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea.

Fl-40 minuta, il-Beltin reġgħu ħolqu l-periklu meta Jhonnattann Benites ittanta xortih permezz  ta’ xutt mid-distanza wara li nnota li l-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan, kien barra minn postu iżda dan tal-aħħar dawwar f’corner b’diffikultá. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-50 minuta rebħu penalty meta Jake Vassallo waqqa’ lil Brandon Paiber fil-kaxxa.

Mill-11-il metru inkariga ruħu Diego Cardoso li iżda ra lill-goalkeeper ta’ Mosta isalva bi bravura.

Mosta wieġbu 10 minuti wara meta Willie Britto xeħet cross li sab lis-sostitut Jamie Xerri li mill-viċin tefa’ barra.

Huma komplew jippressaw u fis-66 minuta, Linus Precious Tenebe approfitta minn żball ta’ Jake Galea iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu quddiem lasti vojta tintemm barra.

U meta kollox deher li l-partita kienet se tintemm fi draw, Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin mijżud meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Damian Anene, il-ballun ġie devjat għand HENRY NWOGA li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa, fost id-dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Mostin.

Mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Adolfo Chara, 8-Henry Nwoga (30-Jean Paul Farrugia 94), 10-Linus Precious Tenebe (3-Thomas Shedrack 93), 18-Armen Hovhannisyan, 19-Ben Aziz, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius, 74-Jake Vassallo (5-Sasha Cahia 70), 77-Zachary Brincat (27-Jamie Scerri 46) – Coach: Joseph Grech

VALLETTA: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Omar Fernando Barrientos, 10-Shaun Dimech (13-Jake Azzopardi 79), 11-Goncalo Bragnaca, 22-Brandon Paiber, 23-Milan Jezdimirovic, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 77-Jhonnattann Benites Da Conceicao (15-Keyon Ewurum 85), 93-Diego Cardoso   – Coach: Vincenzo Potenza

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORER: H. Nwoga 91 (M)

AMMONITI: G. A. Chara, P. Linus Tenebe, B. Aziz (M), E. Ruiz (V)

Ekonomija

Sport